Futbol Sport

Tim Nazzjonali U21 : Jkomplu jtejbu r-rekord wara rebħa oħra ta’ 3 -2 kontra l-Moldova

Ritratt : Martin Agius

It-tim nazzjonali Malti taħt it-tmexxija tal-kowċ Silvio Vella temm l-impenji tiegħu minn Grupp 1 tal-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew ta’ taħt il-21 sena b’rebħa ta’ 3-2 kontra l-Moldova.

Għat-tim Malti din kienet it-tieni rebħa konsekuttiva wara li kien ġej minn rebħa importanti l-Ġimgħa li għadda kontra l-Latvja. Għal Malta skurjaw Borg, Camenzuli u Mbong.

Grazzi anke għal din ir-rebħa l-Maltin kitbu paġna storika u għalqu l-grupp b’total ta’ 11-il punt.