Lokali

Tmut ħabta u sabta s-segretarju tal-Kumitat ta’ Bormla tal-PN : Deskritta “mara ta’ qalb tajba”

Diversi persuni fuq il-midja soċjali qed jesprimu x-xokk tagħhom għall-mewt ta’ Rita Desira, mara li ħadmet bla waqfien fil-Partit Nazzjonalista, b’mod speċjali fil-Kumitat ta’ Bormla.

Il-mewt ta’ Rita ħasdet lil ħafna hekk kif mietet ħabta u sabta u ħafna ddeskrivew kif sa ftit ta’ jiem ilu kienu għadhom kif kelmuha jew saħansitra ħadmu magħha.

Rita, li mietet fl-eta’ ta’ 57 sena, qed tkun deskritta bħala mara li kienet taħdem bla waqfien u ta’ qalb tajba.

Rita se tingħata l-aħħar tislima l-Ħamis 13 ta’ Ottubru fis- 14.30pm il-Paroċċa Kolleġġjata ta’ Marija Immakulata Kunċizzjoni.

rita