Theresa May, il-Prim Ministru Ingliż, aċċettat talba biex il-Parlament jiddiskuti l-pjani tal-Gvern biex jitlaq mill-Unjoni Ewropea, imma eskludiet li jkun hemm vot biex japprova l-ħruġ, imlaqqam Brexit.
Kelliem għal May qal li filwaqt li fil-Brexit, il-Parlament kellu rwol importanti ħafna, dan irid isir f’mod li jirrispeta r-rieda tal-poplu meta fit-23 ta’ Ġunju ivvota biex jitlaq mill-UE.
Għalhekk ma kien se jkun hemm ebda vot fil-Parlament dwar jekk il-Gvern għandux jiddikjara l-bidu ta’ dak magħruf bħala l-Artiklu 50, li bih jibda uffiċjalment il-proċess tal-ħruġ mill-UE.
Fil-Parlament, May qalet li kienet se tkun ambizzjuża fin-negozjati mal-bqija tal-membri tal-Unjoni Ewropea biex tikseb l-aħjar ftehim għall-pajjiż.
Ebda vot fil-Parlament Ingliż dwar il-Brexit
