Filmat li ttella’ online juri kif koppja waqqfu l-vettura tagħhom fit-triq traffikuża li tgħaqqad lil Ta’ Xbiex mal-Imsida biex jgħinu anzjan jaqsam it-triq.
Għalkemm kellhom id-dover jieqfu, għaliex l-anzjan kien fuq zebra crossing, dan jidher bagħtut u għalhekk it-tfajliet li kienu fil-karozza niżlu biex jgħinuh jaqsam.
Mhux hekk biss, iżda meta nnutaw li l-anzjan kellu bżonn il-ħin biex jaqsam, idderiġew ukoll it-traffiku biex jgħaddi b’mod sigur bl-intenzjoni li ma jżommux it-traffiku.
Filmat: James Catania
//= $special ?>

