Futbol Lokali Sport

Il-plejers tan-nazzjonal b’botti lejn id-diriġenza tat-tim nazzjonali

Ftit jiem wara li Andre Schembri kkritika lit-tmexxija tal-futbol lokali, u appella għal deċiżjonijiet biex il-futbol Malti jimxi ‘l quddiem, issa numru ta’ plejers oħra jidher li qed jitfgħu botti fl-istess sens.

L-ewwel reazzjoni waslet ftit tal-ħin ilu, meta l-goalkeeper Malti Andrew Hogg ixxerja artiklu ta’ Xarabank, bl-isem ‘Tal-MFA ma jikkummentawx dwar dak li qal Andre Schembri.’

Dan l-artiklu ttella’ wara li iktar kmieni llum crew ta’ Xarabank mar fl-Ajruport Internazzjonali Malti biex jistenna l-wasla tal-plejers u d-diriġenti tal-MFA.

Huma xtaqu jieħdu reazzjoni mid-diriġenti tal-MFA dwar il-kummenti ta’ Andre Schembri, imma ħadd minnhom ma rrisponda mal-wasla lura f’Malta wara telfiet identiċi ta’ 2-0 kontra l-Ingilterra u l-Litwanja.

Ftit minuti biss wara, Andrew Hogg neħħa x-share tiegħu minn Facebook u ppreċiża li l-kumment tiegħu kien wieħed ta’ kritika għall-artiklu u l-kontenut.

14696895_10157791885270495_1376216604_n

Ftit tal-ħin wara, kien imiss lil Zach Muscat, plejer ieħor tat-tim nazzjonali li tefa’ botta meta għamel check in fuq Facebook f’gym f’Arezzo, fejn jilgħab mal-iskwadra tal-istess post.

Ma’ dan hu żied il-kumment ‘Back to professionalism’, li ftit li xejn  għandu lok għal interpretazzjonijeit differenti.

Zach Muscat