Il-kap tad-drittijiet tal-bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti qal li l-kandidat Repubblikan għall-kariga ta’ President, Donald Trump, kien ta’ periklu għad-dinja jekk elett.
Zeid Raad al-Hussein, il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem, qal li l-kummenti ta’ Trump tul il-kampanja elettorali fost l-oħrajn li lest juża t-tortura u l-attitudni tiegħu lejn il-minoranzi vulnerabbli, kienu inkwetanti.
Dawn il-kummenti saru hekk kif Trump għal darb’oħra hu mira ta’ ħafna kritika wara li nkixef recording ta’ kummenti li kien għamel dwar il-mod kif iħares lejn in-nisa u uża kliem dispreġjattiv fil-konfront tagħhom.
Qabel il-kummenti ta’ al-Hussein, il-President Barack Obama, f’rally politiku ta’ Hillary Clinton, ikkundanna dawk il-kummenti ta’ Trump u qal li ħadd ma jsibhom tollerabbli.
Iwissi li Trump hu periklu għad-dinja
