Huwa diżonest min, għax jinsab dahru mal-ħajt, jiprova jħammiġni b’xi għemil abbużiv li jien qatt ma kont naf bih.
Hekk saħaq il-Viċi Kap għall-Ħidma fil-Partit Nazzjonalista Shadow Minister tal-Intern Beppe Fenech Adami.
Fid-dawl tal-gideb li l-Partit Laburista qed jirrepeti fil-konfront tiegħu Beppe Fenech Adami ddikjara li, sa qabel nhar is-Sibt li għadda meta ġie ikkuntattjat mill-Maltatoday, qatt ma kien jaf jew seta’ ikun jaf li kienet għaddejja xi investigazzjoni mill-Pulizija, u allura wisq anqas seta b’xi mod jintervjeni mal-Pulizija dwar dan il-każ;
Minn meta – skont il-gazzetta Maltatoday – bdiet l-investigazzjoni sal-lum, jiġifieri perjodu ta’ tliet snin u disa’ xhur, ħadd mill-Pulizija jew minn xi awtorità oħra ma qatt avviċina lil Beppe Fenech Adami dwar xi investigazzjoni li setgħet kienet għaddejja.
Il-Viċi Kap tal-PN qal li għaldaqstant, huwa diżonest min, għax jinsab dahru mal-ħajt, jiprova jħammeġ b’xi għemil abbużiv li qatt ma kien jaf bih. Beppe Fenech Adami saħaq li min qed jagħmel dawn l-allegazzjonijiet messu jħares ftit lejn il-mera biex ikun jaf min verament għandu minn xiex jistħi. Hija tattika faxxista li tipprova tagħlaq ħalq min jopponi lill-Gvern billi tiffabbrika storja bla bażi.
Il-viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq li flok Muscat ikompli jniżżel il-livell tal-politika f’livelli li pajjiżna qatt ma ra, għal darba, Muscat għandu jkun serju, u jaġixxi ta’ Prim Ministru fil-konfront tal-korrotti u kriminali li għandu ma saqajh.
//= $special ?>