Internazzjonali

Kardashian tfittxhom minħabba r-rapporti dwar is-serqa

LOS ANGELES, CA - AUGUST 30: Rapper Kanye West (L) and TV personality Kim Kardashian attend the 2015 MTV Video Music Awards at Microsoft Theater on August 30, 2015 in Los Angeles, California. (Photo by Steve Granitz/WireImage)

Il-personalità Amerikana Kim Kardashian West fetħet kawża għad-danni kontra sit elettroniku speċjalizzat f’artiklu dwar nies famużi wara li dan sostna li hi kienet ppjanat s-serqa li saritilha l-ġimgħa li għaddiet.
Aktar minn għaxar miljun ewro f’ġojjellerija kienu misruqa mingħand Kardashian waqt li kienet f’residenza f’Pariġi.
Kardashian qed tfittex għad-danni kemm lis-sit, MediaTakeout, kif ukoll lill-fundatur, Fred Mwangaguhunga, wara li dawn naqsu li joħorġu apoloġija. Skont is-sit elettroniku, Kardashian kienet organizzat kollox biex tieħu l-flus tal-assigurazzzjoni.