Lokali

L-awtorita’ tal-gwardjani lokali mhix taħdem id f’id mal-kunsilli lokali – KKLPN

Il-KKLPN jinnota b’interess l-ilmenti u l-akkużi imressqa mis-Sindku Laburista tal-Birgu, is-Sur John Boxall, dwar ċitazzjonijiet li nħarġu mill-gwardjani lokali fil-lokalita tal-Birgu propju meta fl-istess lokalita’ kienet organizzata attività kulturali li għaliha jattendu bosta Maltin. 

Dan il-fatt huwa prova ta kemm l-awtorita’ il-ġdida tal-gwardjani lokali mhix taħdem id f’id mal-kunsilli lokali.

Agħar minn hekk dan l-aġir minn din l-awtorita’ jagħti x’jifhem li qed tapprofitta min inizjattivi kulturali li jorganizzaw l-istess kunsilli biex żżid id-dħul tagħha miċ-ċitazzjonijiet.

Dawn il-fatti qegħdin jagħtu raġun lill-KKLPN meta flimkien mal-kelliem ta l-oppożizzjoni fuq il-Kunsilli Lokali l-Onorevoli David Agius ma kinux aċċettaw li l-eks Deputat Kumissarju Raymond Zammit ikun fit-tmexxija ta din l-awtorita il-LESA. Il-KKLPN iħoss li il-LESA mhux qeda timxi id f’id mal-Kunsilli Lokali biex tassigura li r-residenti igawdu mill-infurzar lokali li hu ta ġid u li għamel sens fis-sitwazzjonijiet differenti ta kull lokalita.

Il-KKLPN titlob għal-darbohra biex il-LESA taħdem iktar id f’id mal-Kunsilli Lokali u biex il-Kunsilli Lokali jkunu dejjem ikonsultati fi kwalunkwe deċiżjoni li taffetwa lill-lokalita tagħhom.