Lokali

L-OHSA, immexxija minn Deo Debattista tgħid li mhix lesta tikkommetti ruħha

Għalkemm il-PN talab lill-OHSA sabiex twaqqaf lit-tanker tal-gass milli jankra f’Marsaxlokk, l-Awtorita’ tas-Saħħa u s-Sigurta’ li hija mmexxija mid-deputat Laburista Deo Debattista, mhix lesta tikkommetti ruħa li tagħmel dan.

F’ittra bi tweġiba, iċ-chairperson Deo Debattista ma kkommetta ruħu bl-ebda mod li se jieħu azzjoni fuq it-tħassib illi tqajjem mill-Kap tal-PN Simon Busuttil.

Il-Kap tal-Oppozizzjoni għamel talba lill-OHSA sabiex tippubblika r-rapporti kollha li saru dwar sigurta’, u sabiex iwaqqfu t-tanker milli jidħol sakemm ikun ċar li ma hemm l-ebda perikli.

Deo Debattista fit-tweġiba tiegħu kkonferma biss li l-proċess relatat mal-istudji għadu għaddej. L-OHSA qed tgħid li se tippubblika id-dokumenti relatati mas-sigurta’ ta’ dan it-tanker ladarba dawn ikunu evalwati.

Deo Debattista stqarr illi dan huwa proċess trasparenti.

Anke l-Awtorita’ għall-Ambjent u r-riżorsi fit-tweġiba qalet li din l-awtorita’ qed tħares li l-proċessi kollha jilħqu l-obbligi meħtieġa.