Tliet irġiel kienu liberati wara li ma nstabux ħatja li kienu qed iħaddmu kaxxi tal-logħob mingħajr permess f’każin tal-banda.
Josef Zammit ta’ 45 sena, Dione Degabriele ta’ 38 sena u Eric Charles Camilleri ta’ 22 sena tressqu l-Qorti akkużati li f’April tal-2011 kienu qed iħaddmi kaxxi tal-logħob b’mod illegali fil-każin tal-Banda Union f’Ħal Luqa.
Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Aaron Bugeja, irrimarkat li l-makna tal-logħob in kwistjoni hi tat-tip “5-in-line” u hi “logħba ta’ divertiment” li hi differenti minn makni tal-logħob tal-ażżard.
Għaldaqstant, il-fatti pruvati ma jikkostitwux ir-reat li dwaru tressqu l-imputati.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Spiridione Zammit
//= $special ?>