Minn nhar il-Ħamis li ġej, fil-Qorti se jidħlu fis-seħħ azzjonijiet industrijali wara kwistjoni li għandha x’taqsam mad-Deputati Registraturi, l-istruttura tal-gradi li jikklassifikaw fihom kif ukoll il-progress tal-karriera tagħhom.
Id-direttivi fil-Qrati Ċivili se jwasslu biex id-Deputati Reġistraturi ma jirrispondux telephones, la emails u lanqas mobiles, ma jinħadmux Taxxi ta’ Proċessi Terminati (u ċioè Deċiżi, Ċeduti eċċ…) u Proċessi għat-taxxa Come Ceduta. Dan se jwassal ukoll biex dawn ma jiddaħħlux fis-sistemà tal-Lecam, magħrufa bħala l-‘Efees’. Mhux se jinħadmu lanqas Taxxi Peritali, magħrufa bħala Esperti maħtura mill-Qrati.
Fil-Qrati Kriminal, id-Deputati Reġistraturi mhux se jirrispondu telephones, la emails u lanqas mobiles u mhux se jinħadmu lanqas it-Taxxi Peritali.
Dan filwaqt li fir-Reġistru tal-Qorti Prinċipali, li jinsab fil-Livell -1, id-Deputati Reġistraturi mhux se jirrispondu telephones, emails jew mobiles, ma jinħadmux ipoteki, mhux se jsiru reżi tal-Ittri Uffiċjali u lanqas ċertifikati li m’hemmx appell.
Dawn id-direttivi se jiddaħħlu fis-seħħ wara li l-UĦM Voice of the Workers kellha laqgħat b’rabta ma’ din il-kwistjoni, u f’Settembru bagħtet numru ta’ proposti lid-Direttur Ġenerali tal-Qrati tal-Ġustizzja f’Malta, Frankie Mercieca.
Madankollu, minn dakinhar għadda xahar u fi kliem il-UĦM, “l-amministrazzjoni tal-Qorti għadha tkarkar u bla ebda proposta li twassal biex b’mod tanġibbli tindirizza s-sitwazzjoni.”
//= $special ?>