Ragel ta’ 58 sena weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Raħal Ġdid fi Triq il-Palma. L-inċident seħħ il-bieraħ għall-ħabta tas-7:30 ta’ filgħaxija.
Jirriżulta li vettura tat-tip Toyota, misjuqa minn raġel ta’ 38 residenti ż-Żurrieq ħabtet ma’ vettura tat-tip Land Rover, misjuqa mir-raġel ta’ 58 sena, residenti Birżebbuġa. Kawża tal-impatt il-Land rover baqa’ dieħel f’arblu tad-dawl.
Is-sewwieq ta’ 58 sena ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura, fejn iżjed tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
Fuq il-post isejjħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jitneħħa kull periklu li seta’ kien hemm.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

