L-Imħallef Edwina Grima għada mistennija tagħti s-sentenza fil-proċeduri kontra Joseph Xuereb, hekk kif is-smiegħ quddiem il-Qorti Kriminali wasal fi tmiemu.
Fil-proċeduri li nstemgħu mingħajr ġurati, Xuereb ta’ 53 sena, jinsab akkużat li pparteċipa fi tliet serqiet tat-tip snatch and grab fuq tliet nisa anzjani li seħħew fl-2012.
L-Anzjani kellhom 82 sena, 80 sena u 78 sena meta kienu nsterqu. Il-każ spiċċa quddiem il-Qorti Kriminali għal numru ta’ raġunjiet fosthom minħabba li l-vittmi kienu anzjani, waħda minnhom kienet sofriet ġrieħi gravi u li t-tliet każi kienu aggravati bi vjolenza.
Helena Vella kienet l-unika vittma minn tlieta li xehdet li fl-Awla. Dan għaliex iż-żewġ vittmi l-oħra, Marija Abela u Marija Carmela Zarb kienu eżentati milli jagħtu x-xhieda viva voce minħabba raġunijiet ta’ saħħa. Ix-xhieda tagħhom inqrat iktar kmieni din il-ġimgħa.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukati Kristina Debattista u Anthony Vella mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali filwaqt li l-Avukati Arthur Azzopardi u Franco Debono qed jidhru għall-akkużat.
//= $special ?>