Is-Sibt li ġej, Ħal Qormi se jinbidel f’belt fejn se jerġgħu jingħataw il-ħajja lil dawk it-tradizzjonijiet li fil-passat kienu jiddistingwu lil din il-lokalita’.
Dan hekk kif dakinhar se titella’ l-10 edizzjoni ta’ Lejl f’Casal Fornaro.
Tul din l-attivita’ il-Belt tal-Furnara, jiġifieri Casal Fornaro, se jkun hemm wirjiet, drawwiet utradizzjonijiet, żfin u kant folkloristiku kif wkoll eżebizzjonijiet artistiċi ta’ diversi Qriema.
Id-dettalji dwar din l-attivita’ ngħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet fejn ingħad kif attivita’ bħal din li ilha għaddejja għal dawn l-aħħar snin u li dejjem kienet suċċess turi kif hawn għatx f’pajjiżna biex in-nies, b’mod partikolari ż-żgħażagħ, imorru lura għall-għeruq li ġejjin minnhom.
Din l-attivita’ qed tkun organizzata mill-Kummissjoni Żgħażagħ Bastjaniżi.
Ġurnata qabel Lejl f’Casal Fornaro, jiġifieri jumejn oħra, se titella’ attivita’ oħra f’Ħal Qormi li hi l-Festival tal-Ħobż fejn se jkun hemm ikla tradizjonali Qormija, kunċert u anke t-tieġ tradizzjonali Malti.
//= $special ?>