Lokali

Tfajla ta’ 21 sena rrappurtata nieqsa – Il-Pulizija tappella għall-informazzjoni

Il-Pulizija qed tappella għall-informazzjoni dwar tfajla ta’ 21 sena mis-Serbja li ilha rrapurtata nieqsa 13-il ġurnata.

It-tfajla, Olivera Ilic, ġiet rirrapurtata nieqsa lill-Pulizija fid-29 ta’ Settembru. Hi għanda xagħarha kannella u twil sa spallejha, hija twila 160 cm.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar Olivera Ilic huwa mitlub jgħaddiha lill-Pulizija, anka b’mod kunfidenzjali, fuq in-numri ġenerali tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija: 21 224 001 jew 119.

Wieħed jista’ anke jgħaddi informazzjoni fi kwalunkwe Għassa tal-Pulizija.