Dalgħodu kien hemm theddida ta’ bomba fil-bini tal-Qorti. It-theddida daħlet għall-ħabta tad-9.15 a.m. Filwaqt li diversi persuni ħarġu mill-bini, oħrajn għażlu li jibqgħu għaddejjin b’xogħolhom.
Sfortunatament, it-theddida ta’ splussivi fuq il-Qorti tiġri b’ċertu regolarita’. L-Aħħar każ kien f’Jannar li għadda meta l-Qorti ta’ Għawdex ikkundannat lil raġel ta’ 23 sena sentenza ta’ 6 xhur ħabs sospiża għal sentejn u mmultat €1,000.