Il-Gvern Franċiż approva digriet biex tinħoloq il-Gwardja Nazzjonali biex tissaħħaħ is-sigurtà fil-pajjiż wara l-attakki riċenti minn estremisti madwar Franza.
Id-digriet kien approvat waqt il-laqgħa tal-Kabinett ta’ nhar ta’ Erbgħa.
It-tir hu li sal-2018 fil-Gwardja Nazzjonali jkun hemm 84,000 persuna u se tkun verżjoni moderna tal-forza tar-riservi militari.
Wara l-attakki f’Pariġi fit-13 ta’ Novembru tas-sena li għaddiet, il-President Francois Hollande ppropona l-ħolqien ta’ forza li tkun magħmula minn nies li huma lesti jservu lil pajjiżhom.
F
Tinħoloq il-Gwardja Nazzjonali
