Żagħżugħ ta’ 25 sena residenti Ħal Tarxien ittieħed l-isptar wara inċident li seħħ fi Triq Ħal Tarxien, f’Raħal Ġdid, kantuniera ma’ Triq Sant’Antnin.
Iż-żagħżugħ kien qed isuq mutur meta għal xi raġuni seħħ impatt ma’ vettura tat-tip BMW, misjuqa minn raġel ta’ 43 sena residenti ż-Żejtun.
Konsegwenza ta’ dan, iż-żagħżugħ ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura. Il-kundizzjoni tiegħu għad mhix magħrufa.
//= $special ?>
