Internazzjonali

Cameron meqjus ‘fost l-agħar Prim Ministri’ tar-Renju unit

epaselect epa05168173 British Prime Minister David Cameron arrives at an extraordinary two days EU summit at EU headquarters in Brussels, Belgium, 18 February 2016. EU leaders were set to try to thrash out an agreement with Britain on reforms, amid hopes that they can seal a deal which will convince the country to stay in their bloc. Fears are rife that Britons might vote to leave the European Union in a referendum that Prime Minister David Cameron has promised to hold by the end of 2017, but that is widely expected this year already. The turmoil over Brexit - the buzzword for Britain's possible departure from the EU after more than 40 years of half-hearted membership - comes at a time when the bloc is already struggling with a severe migration crisis and enduring economic woes. EPA/JULIEN WARNAND

David Cameron kien klassifikat bħala ‘t-tielet l-agħar Prim Ministru tar-Renju Unit’ f’lista tal-Prim Ministri tar-Renju Unit minn wara t-Tieni Gwerra ‘il hawn. Dan qed jitqies bħala ‘ċertifikat ħażin ieħor’ għal Cameron dovut għar-referendum storiku ta’ Ġunju fejn ir-Renju Unit għażel li jinqata’ mill-Unjoni Ewropea.
Fil-fatt, l-esperti politiċi evalwaw lil Cameron bħala ‘wieħed mill-aktar Prim Ministri diżastrużi’ fl-istorja moderna wara li l-Gvern tiegħu kkrolla b’riżultat tal-Brexit.
Għalkemm Cameron spiċċa t-tielet mill-aħħar fil-klassifika tal-Mexxejja ‘post-war’, il-falliment kbir tiegħu kien klassifikat biss fuq it-tieni mandat tiegħu bħala Prim Ministru.
David Cameron, fil-fatt, kiseb riżultat agħar minn tal-eks Prim Ministru Laburista, Gordon Brown, li kien suġġett għall-kritika qalila tal-istess Cameron meta tal-aħħar kien għadu Kap tal-Oppożizzjoni. Dan skont l-istħarriġ mill-akkademiċi li jispeċjalizzaw fil-politika u l-istorja kontemporanja tar-Renju Unit.
Kważi disa’ minn kull għaxar akkademiċi qablu li r-referendum dwar l-UE kien l-akbar falliment ta’ Cameron. Kienu biss l-eks Prim Ministru, Sir Anthony Eden, li aġixxa b’manjiera diżastruża fil-kriżi tas-Suez u Sir Alec Douglas-Home, li dam sena biss bħala Prim Ministru, li marru agħar minn Cameron fir-rankings tat-13 il-Prim Ministri tar-Renju Unit li servew fil-kariga mill-1945 ‘il hawn.

1. Clement Attlee, Labour 1945-51

2. Margaret Thatcher, Conservative 1979-90

3. Tony Blair, Labour 1997-2007

4. Harold Macmillan, Conservative 1957-63

5. Harold Wilson, Labour 1964-70 and 74-76

6. John Major, Conservative 1990-97

7. Winston Churchill, Conservative 1951-55

8. James Callaghan, Labour 1976-79

9. Edward Heath, Conservative 1970-74

10. Gordon Brown, Labour 2007-10

11. David Cameron, Conservative 2010-16

12. Alec Douglas-Home, Conservative 1963-64

13. Anthony Eden, Conservative 1955-57