Bit-tanker tal-gass il-problemi għas-sajjieda ta’ Marsaxlokk mistennija jkomplu jiżdiedu.
Minn naħa tagħhom is-sajjieda permezz ta’ waħda mill-Koperattivi tas-Sajd, li hi l-Għaqda Koperattiva tas-Sajd kienu diġa’ pprevedew id-diffikultajiet li se jkollhom jaffaċċjaw minħabba t-tanker tal-gass. Fost id-diffikultajiet li se jiltaqgħu magħhom hemm li minħabba t-tanker iċ-ċaqlieq tal-baħar se jkun qed jiżdied.
Dwar dan kellimna l-President tal-Għaqda Koperattiva tas-Sajd Joseph Demicoli.
//= $special ?>