‘Is-Sigurtà tiegħek mhedda bil-Korruzzjoni’. It-tema ta’ żewġ attivitajiet li se jkunu organizzati nhar il-Ħadd mill-Partit Nazzjonalista. Dan fid-dawl ta’ kif qed jitmexxa pajjiżna u fuq kollox b’rabta ma’ dak li ġara din il-ġimgha-il-wasla tat-tanker tal-gass fil-bajja ta’ Marsaxlokk.
L-ewwel se tkun organizzata attività politika f’Marsaxlokk u li se tkun indirizzata mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil. Imbagħad f’nofsinahr tibda maratona fuq Net Television u fuq Radio 101. Maratona bl-iskop li jinġabru fondi għall-Partit Nazzjonalista.
Dwar din il-maratona tkellimna mat-teżorier tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione .
Alex Perici Calascione spjega kif saret ħafna ħidma fl-istrutturi tal-Partit iżda baqa’ hafna xi jsir u li għal dik il-ħidma hemm bżonn anke il-kontribut tal-pubbliku.
L-iskop tal-Maratona jibqa’ dak li l-Partit Nazzjonalista irid ikompli jinvesti fil-mezzi tiegħu biex ikun il-vuċi tal-poplu fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni f’pajjiżna.
//= $special ?>
