Is-sajjieda jinsabu urtati li l-Gvern kien pront iddeċieda li jdaħħal tanker tal-gass fil-Bajja ta’ Marsaxlokk, minkejja li ma kinitx wegħda elettorali, imma s’issa jidher li nesa’ li wegħdhom li jibni breakwater.
Dan joħroġ mill-kummenti ta’ Mario Carabott, Viċi President tal-Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd.
Madankollu jiċċara li din il-Koperattiva qatt ma kienet kontra l-proġett tat-tanker, iżda tippretendi li s-sajjieda jkunu mħarsa.
Fl-aħħar jiem il-Koperattiva kellha iżjed laqgħat mal-awtoritajiet konċernati, inkluż mas-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes, li mill-ġdid wieħed lis-sajjieda li l-breakwater se jsir.
Iżda filwaqt li jkomplu jistennew li din il-wegħda titwettaq, is-sajjieda għadhom fl-għama dwar kif it-tanker tal-gass se jaffettwa l-ħidma tagħhom, avolja issa dan wasal.
Dawn il-problemi kienu riflessi wkoll f’kummenti li għadda lil dan l-istazzjon il-President tal-Għaqda Koperattiva tas-Sajd Joseph Demicoli.
Din l-Għaqda diġa’ kienet avżat bit-tibdil li se jġib it-tanker tal-gass f’din il-bajja, u saħqet li l-proġett għandu jintrabat mal-bini tal-breakwater.
//= $special ?>