Qorti

Ġuri : Illiberat mill-akkużi ta’ kompliċita’ f’serq bi vjolenza fuq anzjani

Joseph Xuereb ta’ 53 sena ġie lliberat mill-akkuża ta’ kompliċita’ ta’ serq bi vjolenza fuq anzjani.

Xuereb kien allegat li kien involut fi tliet serqiet, li seħħew fl-2012, billi kien jistenna fil-karozza, waqt li persuna oħra kienet twettaq is-serqiet.
Il-vittmi tas-serq kienu kollha anzjani li l-eta’ tagħhom tvarja bejn 78 u 82. Il-Qorti ppreseduta mill-Imħallef Edwina Grima iżda sabet li ma kienx hemm provi biżżejjed kontra l-akkużat u għalhekk illiberatu mill-akkużi kollha miġjuba kontrih.

Il-każ instema’ bħala ġuri minħabba l-vittmi kollha kienu anzjani u għax l-allegati serqiet saru bi vjolenza.