Lokali

Hit-and-run f’Għawdex : Jispiċċa l-isptar wara li ttajjar fuq zebra crossing

Raġel ta’ 35 sena, Pierre Azzopardi, dalgħudu ttajjar minn karozza li baqgħet sejra fi Triq l-Imġarr, Għajnsielem, li twassal lejn il-vapur tal-Gozo Channel.

Jirriżulta li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-7a.m, meta karozza tajret ir-raġel  biswit supermarket li hemm fil-qrib.

Sa issa mhux magħrufa eżatt il-kundizzjoni tar-raġel, li hu mix-Xewkija. Għal xi ħin, it-triq kienet magħluqa. Filwaqt li ambulanza waslet fil-post biex tiehu lil Pierre Azzopardi l-isptar.

Sorsi qalulna illi Azzoppardi ittajjar meta hu kien qed jaqsam minn fuq zebra crossing waqt li kien miexi lejn il-post tax-xogħol fejn jaħdem.