Il-Ministru tat-Traffiku Joe Mizzi lbieraħ irrifjuta li jieħu sehem fil-programm “Mhux Għax Jimpurtani” fuq NET Television.
Mizzi li bħalissa qiegħed taħt pressjoni kbira minħabba kampanji li ftit li xejn għamlu tibdil fil-kundizzjoni tat-traffiku f’pajjiżna. Tant hu hekk li riċentament kien qal u ħeġġeġ lin-nies biex jużaw id-dgħajsa biex jaslu minn post għall-ieħor u meta dan provah hu, hu spiċċa wasal tard għall-konferenza stampa.