Il-Pulizija qed iżomm mara Serba ta’ 45 b’rabta mal-mewt ta’ anzjan Ingliż ta’ 77 sena.
L-ingliż instab mejjet il-bieraħ f’kamra ta’ residenza fi Triq il-Merluzz, f’San Pawl il-Baħar.
Jirriżulta li l-anzjan instab fgat bil-Pulizija qed tqis il-mewt tiegħu bħala każ suspettuż.
Jidher li dan hu t-tieni każ ta’ mewt fl-istess appartament, wara ieħor li seħħ fi Frar li għadda meta dakinhar anzjan ieħor wkoll instab mejjet fil-preżenza tal-istess mara Serba.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr A. Bugeja LL.D li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.
//= $special ?>