Futbol Lokali Sport

Illejla waqt NETnews: L-ewwel intervista LIVE mal-President tal-MFA wara ż-żewġ disfatti tat-Tim Nazzjonali

Illejla, waqt il-bulettin ta’ NETnews fuq NET Television, il-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo se jkun qed iwieġeb id-diversi domandi li qamu fl-aħħar jiem dwar it-Tim Nazzjonali Malti.

Il-kontroversji bdew wara d-disfatta ta’ 2-0 f’Wembley, meta l-Maltin irnexxielhom jixxutjaw ballun wieħed biss lejn il-lasti tal-avversarji. Imbagħad, il-kritika kompliet tlett ijiem wara, meta l-Maltin sofrew telfa oħra, din id-darba kontra tim ferm anqas ikkwotat mill-Ingliżi.

Bosta huma dawk li qed jitolbu spjegazzjoni mill-MFA. Għaldaqstant, Norman Darmanin Demajo llejla mistenni jiġi ffaċċjat b’dawn id-domandi, inkluż dwar il-kritika li saret mill-plejer internazzjonali Malti Andre’ Schembri.