Raġel ta’ 42 sena residenti l-Pieta’ li kien qiegħed isuq tat-tip Yamaha sofra ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll u waqa’.
L-inċident seħħ fit-triq ta’ matul l-irdum ta’ Ħad-Dingli, Triq il-Panoramika, għall-ħabta tas-13:15.
Is-sewwieq ittieħed minnufih l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Charmaine Galea li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistu.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

