Jiġi mħares il-belveder tan-Nadur

Il-Bord tal-Awtorita’ tal-Ippjanar iddeċieda favur li jħares il-belveder eżistenti fin-Nadur, peress li hu ma qabilx mal-applikazzjoni li jkun hemm twaqqiegħ ta’ 7 metri ta puġġaman biex jiġu sostitwiti minn 1.4 metru ħajt.

L-applikazzjoni tal-ippjanar ġiet sottomessa lill-Awtorità, għall-konsiderazzjoni tiegħu, wara li fl-2004 il-qorti kienet iddeċidiet favur is-sid tal-art biex jingħata d-dritt biex jissegregaw iż-żona ta’ taħt il-belveder.

Il-Bord qal li skont il-politika tal-ippjanar, l-iżvilupp propost se jikkomprometti ż-żona eżistenti u kif ukoll it-tgawdija tal-pubbliku.

Il-Bord, aktar kmieni din is-sena, irrifjutat applikazzjoni simili fl-istess żona tas-sit għall-istess raġunijiet.