Mara ta’ 66 sena ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi wara inċident fi Triq Mikiel Anton Vassalli, l-Imsida.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-17.30 u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li għal xi raġuni seħħet ħabta bejn vettura BMW, vettura tal-għamla Mazda u oħra Toyota, li lkoll kienu qed jinstaqu fl-istess direzzjoni.
Il-vettura BMW kienet misjuqa minn raġel ta’ 68 sena li kellu passiġġiera miegħu fl-istess vettura mara ta’ 66 sena residenti Ħal Tarxien. Il-Mazda kienet qed tigi misjuq minn raġel ta’ 26 sena residenti San Pawl il-Baħar u l-vettura tal-għamla Toyota, kienet misjuqa minn mara ta’ 29 sena residenti r-Rabat, Malta.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li assista lill-mara ta’ 66 sena u hija ttieħdet l-isptar Mater Dei għall-kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>