Lokali

Simon Busuttil jisħaq dwar l-importanza tal-liberta’ tal-kelma waqt it-tnedija tal-ktieb ‘Għandi Missjoni Għalik’ ta’ Richard Muscat

Il-liberta’ tal-espressjoni hi l-iktar liberta’ bażika fost il-libertajiet kollha għax din hi marbutra wkoll mal-liberta’ tal-assoċjazzjoni li tiddependi wkoll mil-liberta’ tal-kelma.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal dan waqt it-tnedija tal-ktieb Għandi Missjoni Għalik ta’ Richard Muscat dwar is-sitt snin li għamel fi Sqallija bejn is-snin 1981 u 1987 biex iwassal il-messaġġ tal-Partit Nazzjonalista li kien imxekkel milli jxandar minn Malta.

It-tnedija saret fil-bini tal-Fondazzjoni AZAD u għaliha attendew ukoll l-ex kapijiet tal-PN, Eddie Fenech Adami, Lawrence Gonzi, l-ex Segretarju Generali Louis Galea, uffiċjali tal-PN, Deputati u mistedini oħra. Preżenti wkoll membri tal-familja ta’ Richard Muscat fosthom marti Joyce.

Simon Busuttil qal li Richard Muscat hu eżempju tad-difiża tal-liberta’ tal-kelma u t-tnedija tal-ktieb hi ċelebrazzjoni ta’ kemm hi importanti l-lioberta’ tal-kelma.

Il-Kap tal-PN qal li l-Gvern prezenti li hu mmexxi mill-istess partit tas-snin sebgħin u l-bidu tas-snin tmenin qed jieħu f’idejh ix-xandir pubbliku li qed jitmexxa minn Kastilja permezz tal-emails. Il-Gvern anke qed jikkorrompi lil media indipendenti u anke qed issir intimidazzjoni fil-Qrati bil-preżenza tal-Ministru tal-Gustizzja u nofs il-Kabinett tal-Ministru f’kawza dwar iż-żewġ siġġijiet Parlamentari tal-PN.

Simon Busuttil qal li Gvern ġdid Nazzjonalista jagħti spinta biex terġa tissaħħaħ il-liberta’ tal-espressjoni u istituzzjonijiet bħal Awtorita’ tax-Xandir. Irid li jagħmel riforma fix-xandir pubbliku biex dan ikun indipdendenti.

Tkellmu wkoll il-Professur Joe Pirotta li hu storiku, Louis Galea u l-President tal-AZAD David Grixti dwar iz-zminijiet diffiċli u l-isfond tal-istorja f’dawk iż-żmijiet imqallba tax-xandir u tad-demokrazija f’pajjiżna.

Richard Muscat qal li kellu pressjoni minn hafna nies influwenti biex jippubblika dan il-ktieb li hu tifkira onesta ta’ dak li ghadda minnu.

Wara hu ipprezenta kopja tal-ktieb lil Simon Busuttil li min-naha tieghu ipprezenta bukkett fjuri lis-Sinjura Joyce Muscat bhala apprezzament għas-sagrifiċċji li hu u l-familja għamlu favor il-liberta’ tal-kelma f’pajjiżna.

Launch Ghandi Missjoni Ghalik-3987