Raġel ta’ 27 sena tpoġġa taħt arrest preventiv wara li llum tressaq quddiem il-Qorti akkużat b-serq aggravat.
Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud, Kiflom Habtoum, imwieled fl-Etjopja u mingħajr indirizz fiss f’Malta wieġeb mhux ħati li nhar l-Erbgħa li għadda għall-ħabta 10.30p.m., daħal f’kamra fil-lukanda Le Meridien u seraq bagalja li kien fiha ħwejjeġ, laptop u diversi oġġetti elettroniċi oħra għad-dannu ta’ Kalyan Pawsandeep Singh.
Habtoum kien akkużat ukoll li qed jgħix ħajja ta’ vagabondaġġ.
Il-Prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispettur Matthew Spagnol ippreżentat fil-Qorti l-oġġetti misruqa.
Wara diversi offerti mill-Qorti, Habtoum insista li ma jridx l-għajnuna ta’ avukat.
//= $special ?>