Lokali

BIR-RITRATTI : 41 sena mit-traġedja tal-Vulcan

Illum qed jitfakkar il-41 anniversarju mit-traġedja tal-Vulcan, l-ajruplan li kien sploda fl-ajru u spiċċa ġġarraf f’Ħaż-Żabbar.

L-inċident seħħ bħal-lum, fl-14 ta’ Ottubru 1975, traġedja li kienet wasslet biex madwar 20 persuna kienu ndarbu meta l-biċċiet mill-ajruplan waqgħu fit-toroq ta’ Ħaż-Żabbar. Il-biċċa l-kbira tal-ajruplan kien waqa’ f’triq qrib il-Knisja Parrokkjali.

Illum il-ġurnata ftit għad fadal xi jfakkar u juri dak li kien seħħ 41 sena ilu, madanakollu, ir-rapporti fil-ġurnali ta’ 40 sena ilu jixhdu l-paniku li kien inqala’ meta madwar mitt binja intlaqtu mill-fdalijiet tal-ajruplan li waqgħu fuqhom.

Il-pilota tal-ajruplan Vulcan kien prova jagħmel inżul fl-Ajruport, madanakollu kienu żvilppaw ħsarat minħabba inżul ħażin fl-ajruport. L-ajruplan sploda ftit tal-ħin wara li l-Pilota kien iddeċieda li jkompli jtajjar l-ajruplan biex jagħmel inżul ta’ emerġenza.

Filmat: PBS, 1975

Ritratti: G. Damato, M. Damato