Internazzjonali

Guterres elett Segretarju-Ġenerali ġdid tan-NU

Antonio Guterres

L-eks-Prim Ministru tal-Portugall, Antonio Guterres, ġie maħtur uffiċjalment bħala s-Segretarju-Ġenerali li jmiss tan-NU. Il-kariga tiegħu tibda uffiċjalment mill-Ewwel ta’ Jannar, u ladarba jiskadi t-tieni mandat tas-Segretarju-Ġenerali tan-NU attwali, Ban Ki-moon.
Guterres, li għandu 67 sena, mexxa lill-Aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (il-UNHCR), għal għaxar snin u, il-ġimgħa l-oħra, kien magħżul minn fost 13-il kandidat biex imexxi n-NU.
Meta kellem lill-ġurnalisti, Guterres insista li ‘t-tmiem tal-gwerra ċivili fis-Sirja għandha tkun l-akbar sfida tiegħu’. Filwaqt li enfasizza l-priorità tal-komunità internazzjonali biex tikkonkludi dan il-konflitt, hu qal li jemmen li l-ispinta mill-impenn għandha tkun sfruttata b’mod li jindirizza l-konflitti l-oħrajn kollha marbutin ma’ dik il-gwerra.