Lokali

Il-bandiera oriġinali illi 35 sena ilu kienet simbolu tax-xandiriet tal-PN minn Sqallija – simbolu tal-liberta’

L-14 ta’ Ottubru – ġurnata storika għall-PN. Il-jum li fih Richard Muscat, 35 sena ilu, ħalla Malta biex jibda jxandar minn Sqallija.

Net News tkellem ma’ Richard Muscat illi ddeskriva dak il-jum sinifikanti fl-istorja politika ta’ Malta.

Il-bandiera li kienet ittellgħet mat-torri tat-trasmissjoni minn Sqallija se tibda tkun esebita b’mod permanenti fid-Dar Ċentrali tal-PN.

Il-Ġimgħa, din il-bandiera ġiet preżentata lill-Kap tal-PN Simon Busuttil illi min-naħa tiegħu irringrazzja lil Richard Muscat għal dan il-ġest li fih tifsira kbira.

Kif stqarr Simon Busuttil, il-PN m’għandux kliem biex jirringrazzja lil Richard Muscat li kien simbolu tal-liberta’ f’mument diffiċli għal pajjiżna. Hu qal illi Richard Muscat se jibqa’ parti mill-istorja tal-PN.

Richard Muscat min-naħa tiegħu preżenta wkoll il-logo oriġinali ta’ Studiorama, illi kien wieħed mill-istazzjonijiet li kien iwassal xandiriet tal-PN fis-snin tmenin minn Sqallija.