Internazzjonali

Jintbagħtu bastimenti tal-gwerra mill-Iran barra l-Jemen

L-Iran bagħat żewġ bastimenti tal-gwerra lejn il-Golf ta’ Aden – ’il hinn mill-kosta tal-Jemen – u li se jidħlu fl-istess ibħra fejn qegħdin jagħmlu r-ronda l-bastimenti tan-Navy tal-Istati Uniti. Dan wara li wieħed mill-bastimenti Amerikani, jiem ilu, spara l-missili lejn l-istallazzjonijiet tar-ribelli Houthi (li huma appoġġjati mill-Iran) fil-Jemen.
L-aħħar rapporti qalu li l-frejgata Iranjana ‘Alvand’ u l-bastiment ‘Bushehr’ li jaqdi impenji tal-loġistika, kienu qegħdin jivvjaġġaw lejn il-kosta tal-Jemen ‘biex jipproteġu l-vapuri kummerċjali ta’ dak il-pajjiż kontra l-pirati’.