Raġel Somalu ta’ 26 sena li jgħix fiċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far kien ikkundannat sena ħabs wara li ammetta li seraq 15-il saqqu minn container fiċ-ċentru miftuħ u li kkawża ħsara fuq l-istess container li hu propjeta’ tal-Gvern ta’ Malta, liema ħsara ma taqbisx il-valur ta’ €250.
Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud, Abdul Nasir Mohammed Abdulahi, ammetta wkoll li huwa reċidiv.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Charlotte Curmi filwaqt li Abdullahi kien assistit mill-Avukat tal-għajnuna legali Martin Feneh.
//= $special ?>