Joseph Camilleri ta’ 44 sena imwieled fl-Awstralja u residenti fiż-Żurrieq kien ikkundannat 18-il xahar ħabs u mmultat €1,000 wara li nstab ħati ta’ pussess tad-droga kokaina u raża tal-kannabis f’ċirkostanza li juru li d-droga ma kienitx għall-użu esklussiv tiegħu.
Il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera, qalet li filwaqt li l-Qorti hi konxja li llum il-ġurnata, l-akkużat biddel ħajtu u m’għadx għandu l-vizzju tad-droga, madanakollu il-Qorti ma tistax tinjora s-serjeta’ tal-akkużi li dwarhom Camilleri nstab ħati.
Il-każ imur lura għal Mejju 2001 meta wara jiem ta’ osservazzjoni, il-Pulizija għamlet tfittxija fir-residenza tal-akkużat u sabet oġġetti marbuta mat-teħid tad-droga kif ukoll sustanzi suspettati bħala droga kokaina u raża tal-kannabis. Hekk kif il-pulizija daħlu biex jagħmlu t-tfittxija, l-akkużat kien deher jiġbor borża żgħira minn fuq il-mejda u jitfagħha minn ġol-gallarija għal barra. Il-pulizija elevat din il-borża fejn jirriżulta li kienet droga suspettata bħala kokaina.
Dan irriżulta minn xhieda ta’ diversi pulizija kif ukoll minn esperti mqabbda mill-Qorti.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josric Mifsud
//= $special ?>