Lokali Qorti

Sitt xhur ħabs wara li ammetta akkużi ta’ serq

Khalid Al Bizanti ta’ 42 sena kien ikkundannat sitt xhur ħabs wara li ammetta l-akkużi ta’ serq aggravat.

Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud, Al Bizanti, imwieled il-Libja imma residenti fil-Gżira, kien akkużat li fl-1 ta’ Lulju ta’ din is-sena ikkommetta serqa f’residenza fi Triq Enrico Mizzi fil-Gżira stess.

Al Bizanti ammetta wkoll li hu reċidiv. Minbarra l-piena ta’ priġunerija, il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ trattament sabiex l-akkużat jingħata l-kura psikjatrika meħtieġa minħabba problemi ta’ saħħa mentali.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Mark Mercieca