Ambjent Lokali

X’għandek tagħmel jekk tiltaqa’ ma’ għasfur imweġġa’?

Birdlife Malta, il-Pulizija u t-Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Salvaġġi ngħaqdu flimkien f’taħriġ fuq kif għandhom jiġu ttrattati għasafar imweġġgħin.

Fi stqarrija, it-Taqsima qalet li fit-taħriġ ingħataw il-proċeduri neċessarji biex għasafar selvaġġi li jkunu mweġġgħin jew tħallew mitluqa waħedhom jiġu rrappurtati minnufih mill-pubbliku ħalli b’hekk jingħataw il-kura meħtieġa veteranja.

Il-pubbliku mitlub li jsegwi dawn il-proċeduri:

Għandu jkun żgur li l-għasfur ikun jinsab verament imweġġa’. L-għasfur għandu jitħalla fil-post fejn ikun instab.

Għandu jċempel lit-Taqsima fuq 79770203 jew lill-Pulizija u jagħti d-dettalji tal-għasfur, it-tip ta’ ferita li sofra u l-post li jkun instab fih.

Għandu joqgħod ħdejn l-għasfur sakemm jiġu l-Pulizija jew l-uffiċjali tat-Taqsima.

Hekk kif l-Awtoritajiet isibu l-għasfur, il-veterenarju tal-Gvern jiġi kkuntattjat biex tingħatalu l-kura meħtieġa.

Għall-mistoqsijiet tistgħu tibgħatu email fuq: wildbirds@gov.mt.