Kurżitajiet

Bugħaddas jista’ jgħodda b’waħda wara li spiċċa f’gaġġa ma’ kelb il-baħar.

Bugħaddas spiċċa wiċċ imb’wiċċ ma’ kelb il-baħar meta l-predatur daħal fil-gaġġa waqt li r-raġel kien għadu fiha.

Filwaqt li l-każ seħħ ftit ‘il barra mill-gżira ta’ Guadalupe fil-Messiku, fil-filmat jidher il-kelb il-baħar jirnexxielu jigdem triqtu l-ġewwa fil-gaġġa.

Żewġ persuni jinstemgħu jistaqsu lil xulxin jekk hemmx xi ħadd maqful fil-gaġġa madanakollu wara ftit sekondi irrealizzaw li fil-fatt kien hemm bugħaddas maqful miegħu.

Fortunatament ir-raġel irnexxielu joħroġ mill-gaġġa qawwi u sħieħ grazzi għall-esperjenza li kellu.

Huma saħqu li dan l-avveniment huwa rari ħafna, pero, kif wiehed jista’ jara, mhux impossibli.