Illum Floriana u Hibernians se jkunu qed jilgħabu kontra xulxin f’partita interessanti u li mistennija tkun missielta mit-tmien ġurnata tal-Kampjonat Premier. Iżda lejliet din il-logħba, il-ġurnalist sportiv Christian Micallef ħa ħsieb li jmur lura fiż-żmien u permezz tal-programm sportiv Replay Preview, li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fid-9pm fuq Net Television, nerġgħu ngħixu żminijiet oħra mir-rivalitá bejn dawn iż-żewġ klabbs. F’dan is-servizz, li tistgħu taraw aktar l-isfel, se nsegwu x’ġara meta fl-istaġun 1993/94 meta Floriana u Hibernians tħabtu sal-aħħar għal min se jirbaħ il-Kampjonat Premier. Dak l-istaġun tim minhom rebaħ il-Kampjonat, u l-ieħor l-FA Trophy. F’dan is-servizz hemm it-testimonjanzi tal-gowlkiper tal-Hibernians Mario Muscat, li kien għad kellu biss 17-il sena u tad-difensur ta’ Floriana, Pierre Brincat.
Kull nhar ta’ Ġimgħa, waqt il-programm Replay Preview fid-9pm fuq Net Television, qed jixxandar servizz estensiv u riċerkat mill-passat tal-futbol lokali.
Replay Preview jixxandar bl-appoġġ ta’ Videoslots.com, Cheeky Monkey Gastropub tal-Qawra, Konica Minolta, Lannutti u Jet Freight, Weetabix Protein, Malta Football Players Association, Optica u Dizz Group of Companies.
//= $special ?>