Lokali

FILMAT: Joe Mizzi jammetti li l-problema tat-traffiku qed tikber

Il-Ministru tat-Traffiku Joe Mizzi ammetta li l-problema tat-traffiku qed tikber. NETnews kien qed jistaqsi numru ta’ mistoqsijiet lil Joe Mizzi fid-dawl ta’ stħarriġ ippubblikat nhar il-Ħadd li għaddha minn MaltaToday, li juri li t-tħassib fost il-poplu dwar it-traffiku huwa l-ogħla li qatt kien.

L-istħarriġ juri li 37% tal-poplu hu mħasseb dwar il-problema tat-traffiku: l-iktar darba li kien hawn nies imħassbin dwar din il-problema.

Iffaċċjat b’dan l-istħarriġ, il-Ministru tat-Traffiku waħħal fil-Gvernijiet preċedenti, u dan minkejja li l-Gvern Laburista kien elett biex iwettaq ‘roadmap’ dwar l-immaniġġjar tat-traffiku. Iżda fl-aħħar tlett snin u nofs, mhux talli l-problema tat-traffiku ma baqgħatx imqar stabbli, iżda talli s-sitwazzjoni ggravat – bl-aħħar sħarriġ juri li din hi l-aktar darba li l-poplu hu mħasseb dwar it-traffiku.

Filwaqt li qal li l-Gvern qed jaħdem biex itaffi din il-problema, Joe Mizzi atribwixxa ż-żieda fil-problema tat-traffiku għall-ekonomija, iżda ammetta li l-problema qed tikber.

Ara x’qalilna l-Ministru tat-Traffiku fil-filmat t’hawn taħt:

Maltatoday stharrig survey traffiku