Filwaqt li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil laqa’ stedina għal dibattitu fuq Xarabank, il-Prim Ministru Joseph Muscat għadu qed jaħrab milli jiddibatti mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista wiċċ imb’wiċċ.
Dan joħrog minn dak li qal il-preżentatur ta’ Xarabank stess Peppi Azzopardi fil-programm tal-bieraħ, meta wieġeb il-mistoqsija tal-pubbliku dwar meta se jsir dibattitu bejn iż-żewġ mexxejja.
Joseph Muscat ilu jaħrab minn dibattitu televiżiv ma’ Simon Busuttil għal aktar minn sentejn u nofs. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil kemm-il darba sfida lill-Prim Ministru għal dibattitu f’Xarabank, iżda sa issa, dan għadu ma aċċettax.
//= $special ?>