Għada fil-Maratona Ġbir ta’ Fondi, għall-ewwel darba t-telespettaturi se jkunu jistgħu jagħtu donazzjoni mhux biss permezz tat-telefon u SMS, iżda anke online.
Din il-faċilità se tkun qed tintuża għall-ewwel darba fuq is-sit www.pn.org.mt. Dan qed isir wara li fl-aħħar ġimgħat saru numru ta’ bidliet lis-sit tal-Partit Nazzjonalista, fosthom li jistgħu jsiru d-donazzjonijiet online.
Fil-maratona li se tixxandar live fuq Net Television u Net Radio 101 se jkun hemm spettaklu mill-isbaħ u dawk li jattendu se jkunu jistgħu jiltaqgħu mal-Kap tal-PN, Deputati, kandidati u uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista. Il-Maratona tibda f’12p.m.
//= $special ?>
