Illum il-Kurja ħabbret erbgħa ħatriet ġodda fil-parroċċi ta’ Malta hekk kif l-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar tlett kappillani ġodda u arċipriet ġdid fil-parroċċi tal-Imtarfa, Manikata, Marsa u Mosta rispettivament.
Dan hekk kif Dun Lino Azzopardi ser ikun il-kappillan tal-Parroċċa ta’ Santa Luċija, l-Imtarfa, wara li kien ilu sa mill-2007 iservi bħala kappillan tal-Parroċċa ta’ Santa Marija f’Birkirkara.
Dun Denis Schembri nħatar bħala kappillan tal-Parroċċa ta’ San Ġużepp fil-Manikata wara li għal dawn l-aħħar tlett snin u nofs kien kappillan propjru fil-Parroċċa tal-Imtarfa filwaqt li Patri Carmelo Aquilina O.F.M. Cap. sar il-kappillan il-ġdid tal-Parroċċa tat-Trinità Qaddisa, fil-Marsa. Preżenatament huwa wkoll iċ-chairperson tal-Fondazzjoni Suret il-Bniedem.
L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar ukoll lil Dun Sebastian Caruana bħala arċipriet tal-Parroċċa
ta’ Santa Marija, fil-Mosta.