Futbol Sport

L-esperjenza Brittanika diġa waslet fil-paġni finali għal Conte?

Chelsea għandhom bżonn jakkwistaw it-tlett punti ġaladarba Antonio Conte irid imewwet l-għajdut li qiegħed fuq xifer diżastru.

Dan hekk kif illum wara nofsinhar il-Blues mistennija jilqgħu f’darhom lill-Leicester City, fejn rebħa għaċ-Chelsea tista twassalhom mal-ewwel erbgħa tal-klassifika wara li sabu ruħhom fil-pożizzjoni deludenti tas-seba’ post.

Il-kowċ ta’ Leicester City  kif ukoll l-ex kowċ ta’ Chelsea, Claudio Ranieri, saħaq li qalbu dejjem ser tibqa’ marbuta mat-tim ta’ Londra u insista li l-plejers tal-Blues għandhom jisimgħu u jkollhom fiduċja għamja f’Conte l-għaliex jaf x’inhu jagħmel.

Sadanittant illum Pedro mistenni jieħu post Willian wara li l-Brażiljan kellu jmur lura f’pajjiżu minħabba li kellu mewt fil-familja filwaqt li John Terry mistenni jibda minn mas-sostituti kawża ta’ injury fl-għaksa.

Minn naħa l-oħra Claudio Ranieri mistenni jżomm lil Danny Simpson, Riyhad Mahrez u Islam Slimani  fuq il-bank tas-sostituti sabiex iserraħhom għaċ-Champions League, hekk kif nhar it-Tlieta l-Foxes mistennija jilqgħu f’darhom lid-Daniżi tal-FC Koebenhavn.

hd-islam-slimani-riyad-mahrez-leicester-city_1m78on3uutuon1b7qbyfu3xa2s