Mietu għexieren ta’ nies waqt rassa li nqalgħet meta eluf kbar ta’ devoti kienu qed jattendu għal avveniment reliġjuż fl-Istat ta’ Uttar Pradesh, lejn it-Tramuntana tal-Indja.
Indarbu anki numru ta’ nies f’dan l-inċident li seħħ fil-limiti tal-belt ta’ Varanasi li hi meqjusa bħala zona sagra mid-devoti tal-Hindu.
L-awtoritajiet lokali qalu li kienu qed jistennew preżenza ta’ mhux aktar minn 3,000 għall-avveniment iżda, minflok, l-inħawi kienu ‘assedjati’ minn xi 70,000 devoti li ppruvaw jiċċaqalqu fiz-zona ristretta.
L-aħħar rapporti qalu li wħud mill-midruba jinsabu l-isptar fejn kienu ddikjarati f’kundizzjoni serja. Sar magħruf ukoll li hemm talanqas 15 il-mara fost il-mejtin.
//= $special ?>