Is-Samsung Galaxy Note 7 mistenni jiġi pprojbit minn fuq l-vejikoli tal-ajru fl-Istati Uniti wara li aktar kmieni din il-ġimgħa l-kumpanija talbet li kull mowbajl ta’ dan it-tip li hawn fiċ-ċirkolazzjoni jinġabar mill-aktar fis.
Dan kollu hekk kif tul dawn l-aħħar ġimgħat daħlu diversi rapporti li dan il-Galaxy Note 7 qiegħed jieħu n-nar, x’aktarx minn batteriji difettużi.
Filwaqt li din l-ordni t’emerġenza mistennija tidħol fis-seħħ matul din it-tmiem il-ġimgħa, kull min jinqabad iġorr dan l-aġġeġġ fuq ajruplan fl-Istati Uniti, jistgħu jittieħdu proċeduri legali kontrih.
//= $special ?>